Filmat: “Rajt lil ommi u ma stajtx ngħannaqha” – Frank O’Neill

Extraordinary Moments

Our job, even though challenging, offers us every day the witnessing of extraordinary moments, and this was one of them. Thank you Frank for gifting this magical moment to your mum and to all the team at Zammit Clapp #staysafe #weareinthistogether

Posted by CareMalta on Thursday, March 19, 2020

Il-kantant Frank O’Neill ħaseb f’mod biex iżomm kuntatt ma’ ommu li bħalissa tinsab rikoverata fl-isptar Zammit Clapp.

Kien għalhekk, kif tistgħu taraw f’dan il-filmat, li lbieraħ mar quddiem ir-residenza fejn hi u bosta anzjani qed jinżammu għall-kura biex imur iferraħ lil dawk kollha li qegħdin hemm u fl-istess ħin ommu setgħġet ukoll tarah ftit.

Ġest sabiħ li ntlaqa’ tajjeb mir-residenti u minn dawk li qed jieħdu ħsiebhom u għalkemm kien mument ta’ sodisfazzjon għal Frank O’Neill, kien ukoll mument ta’ dieqa.

Kif stqarr huwa stess, “Ħadt gost nagħti l-wirja tiegħi kif ukoll nara lil ommi, żda kien mument ta’ qsim ta’ qalb li ma stajt ngħannaqha miegħi”.

Ritratt: Facebook/Frank O’Neill

O’Neill ħa l-opportunità biex permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook rringrazzja lil dawk kollha li qed jieħdu ħsieb l-anzjani.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn