Filmat: Rajt bidla serja fl-investigazzjoni dwar Daphne – Abela

Read in English.

Il-kandidat għall-mexxej tal-PL Robert Abela qal li ra “bidla serja” fil-mod kif qed issir l-investigazzjoni fil-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Abela qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Newsbook.com.mt. Qal li l-investigazzjoni qabdet ritmu b’saħħtu. “Naħseb li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu b’mod tajjeb,” qal d-deputat Laburista.

Spjega li biex il-pajjiż ikollu fejqan (“closure”) wara l-każ, trid issir ġustizzja sħiħa. Però qal li ma jridx li ssir xi “witch hunt”.

Abela qal ukoll li jemmen li l-oppożizzjoni għandha tiġi kkonsultata dwar l-għażla ta’ nies biex jokkupaw ċertu pożizzjonijiet.

Spjega li eventwalment trid issir riforma fil-Korp tal-Pulizija. Però qal li ma jaħsibx li hemm diffikultajiet kbar fil-Korp bħalissa.

Id-Deputat Laburista Robert Abela sostna li hu ma jħossx li għandu jaċċetta rigali. Dan qalu hu u jiġi intervistat LIVE minn Fr Joe Borg fuq Newsbook.com.mt. Hu qed jikkontesta l-irwol ta’ Mexxej tal-Partit Laburista wara li Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jirreżenja f’Jannar.