Read in English.
Raġel spiċċa l-isptar wara li kien involut fi ġlieda f’Paceville.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident ġie rrappurtat illum. Qalet li persuna oħra qed tiġi “mitkellma mill-Pulizija” b’rabta mal-każ.
L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ.
Il-filmat tal-ġlieda beda jdur fuq il-midja soċjali u juri li kien hemm għadd ta’ nies mexjin fuq il-bankina waqt li t-tliet persuni kienu qed jiġġieldu. Il-filmat li qed jinxtered ma jurix li waqaf xi ħadd jintervjeni.