Filmat: Raġel l-Isptar wara ġlieda mqanqla f’Santa Venera

https://www.facebook.com/gahanonlajn/videos/530273230726881/

Raġel ittieħed l-Isptar b’urġenza wara li kien involut fi ġlieda ma’ raġel ieħor fil-bypass ta’ bejn Santa Venera u l-Marsa.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ġlieda seħħet għall-ħabta tas-6.15pm fi Triq Ġuże Flores. Filmat tal-ġlieda li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri kif l-argumemt verbali bejn iż-żewġt irġiel eskala tant li wieħed minnhom sawwat lill-ieħor b’injama li kien hemm fuq il-post.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.