Filmat: Queen Meets Coldplay illum fuq it-TV

Queen meets Coldplay
Dorothy Bezzina u Ludwig Galea waqt il-kunċert

Illum fil-12.15pm, eżatt wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar, TVM se jkun qed ixandar il-kunċert Queen Meets Coldplay mtella’ mill-Gozo Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech, b’kolloborazzjoni mas-7SPP u Festivals Malta. 

Dan il-kunċert ġie rrekordjat f’Dar il-Mediterran f’Novembru tal-2018 jinkludi għadd ta’ temi klassiċi mill-katalgi klassiċi mużikali tal-megabands Queen u Coldplay.  Flimkien mal-Gozo Youth Orchestra se naraw lil Cash & Band kif ukoll lil Killer Queen Band, tnejn fost l-aqwa Rock Bands fil-gżejjer Maltin. 

Queen meets Coldplay at the MCC. 30th November 2018.

#QueenmeetsColdplay 7SPP is delighted to announce that on 1st January 2021 at 12.15 pm in the afternoon, TVM will show highlights of our amazing show. We are hoping that you will enjoy reliving the moment. We will also include details soon of an event we are planning for November 2021. Stay tuned. Happy New Year, let's hope 2021 will be kinder to us all.

Posted by 7 STAR Pyramid Productions on Monday, December 28, 2020

Matul dan il-kunċert jingħaqdu magħhom kantanti magħrufa u stabbiliti bħal Keith Anthony, Dorothy Bezzina, Gianluca Bezzina, Ludwig Galea, Chris Grech, Kevin McGowen, u Neville Refalo. Se naraw ukoll is-sehem ta’ kor żgħir imħejji minn Dorothy Bezzina bħala ‘backing power’ għal din il-produzzjoni unika.