Filmat: Quddies bis-sinjali

Kull nhar ta’ Sibt, fil-kappella tal-Università, il-quddies tas-7.30pm tkun interpretata bil-lingwa tas-sinjali bil-Malti.
Fuq Facebook, id-Dar tal-Providenza fakkret lill-poplu Malti f’dan is-servizz, li s’issa huwa l-uniku wieħed f’Malta ta’ quddies għal persuni neqsin mis-smiegħ.
Ma’ Newsbook.com.mt Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li din il-quddies hija ta’ benefiċċju għas-soċjetà sabiex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa b’mod sħiħ fil-liturġija.
Dan is-servizz, fost oħrajn, hu wieħed ffinanzjat mill-Knisja f’Malta.