Filmat: Qtil Ħal Far: ‘Minn miċħud għal eliminat’; Bżonn ta’ analiżi kritika – l-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna sostna li Lassana Cisse, ir-raġel mill-Kosta tal-Ivorju li safa maqtul fis-6 ta’ April spiċċa kategorizzat bħala ‘miċħud’ (rejected) għall-istituzzjonijiet u awtoritajiet u iktar tard eliminat b’mod fiżiku. Mons. Scicluna kien qed jieħu sehem f’attività li ttellgħet mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà il-Ġimgħa f’nofsinhar fejn ittrattat l-istorja ta’ Cisse.

L-Arċisqof spjega kif Cisse kien f’kuntatt mal-Kummissjoni tal-Emigranti fi ħdan il-Knisja li għenuh biex jagħmel d-dokumenti u japplika għall-ażil. Iżda d-deċiżjoni li ngħata Cisse kien li ma ġiex aċċettat għall-ażil u l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħudha jew ‘rejected’. L-Arċisqof saħaq li ‘aħna poġġejnih bħala rejected’ filwaqt li qal li jinsabu miġbura għax Cisse ġie eliminat b’mod fiżiku. Mons. Scicluna spjega li l-istorja ta’ Cisse hi storja ta’ ċaħda u eliminazzjoni li trid tiġi indirizzata. Huwa sostna li hemm bżonn ta’ analiżi kritika tal-poter u l-kompliċità tal-hate speech.

Mons. Scicluna tkellem fuq żewġ esperjenzi pożittiv, dik tal-komunità ta’ Ħal Balzan u tal-Paroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara. L-Arċisqof spjega l-istorja tal-komunità f’Ħal Balzan fejn il-komunità integrat u tgħallmet tgħix flimkien. Huwa wkoll tkellem fuq il-ħasil tar-riġlejn nhar il-Ħamis ix-Xirka mill-arċipriet tal-paroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara. Dakinhar kienu mistiedna residenti li huma mill-Afrika għal ħasil tar-riġlejn. L-Arċisqof iddeskriva li l-komunità rrispondiet b’mod pożittiv.

AQRA: Ikla għaż-żgħażagħ Maltin u immigranti fil-Kurja tal-Arċisqof

Fil-konklużjoni tiegħu, l-Arċisqof tkellem fuq l-ikla għaż-żgħażagħ li se tkun organizzata fil-Kurja tal-Arċisqof nhar il-11 ta’ Ġunju.

Huwa temm jgħid li sfortunament inqasna lil Lassana Cisse filwaqt li fakkar fil-fond li twaqqaf biex huwa jintbgħat pajjiżu għad-difna.

AQRA: L-Arċisqof b’donazzjoni għall-armla u wlied l-immigrant maqtul f’Ħal Far

Mons. Scicluna saħaq li rridu ngħinu liż-żgħażagħ jifhmu li persuni ta’ karnaġjon skura mhumiex mistiedna iżda parti mis-soċjetà li qegħdin hawn biex jgħinu fil-bini tal-komunità. Huwa temm jgħid li wieħed għandu jirrispetta lil xulxin irrispettivament mir-reliġjon, kulur, eċċ.

AQRA: Qtil Ħal Far: ‘Kienu jinżlu Ħal Far jaqbdu mal-immigranti’

Filmat: Miguela Xuereb