Filmat: ‘Qed nitlef €300 f’bejgħ fil-ġimgħa’ – sid ta’ ħanut fir-Rabat

Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid Triq Ġorġ Borg Olivier

Read in English.

Sid ta’ ħanut fir-Rabat Malta qal li qed jitlef madwar €300 f’bejgħ kull ġimgħa minħabba t-tiswijiet li qed isiru fi Triq Ġorġ Borg Olivier.

F’Settembru Newsbook.com.mt tkellem ma’ xi residenti u sidien tal-ħwienet fil-madwar dwar is-sitwazzjoni li qed jgħixu fiha. Ħadd minnhom ma ried jidher fuq il-kamera jew jiġi kkwotat b’ismu.

Sid minnhom qal li l-bejgħ tiegħu naqas. Dan għax in-nies ma jistgħux jaċċessaw il-ħanut faċilment bil-karozza.

Waħda mir-residenti qalet x-xogħlijiet ma kienux qed itelfuha u li kien ilhom għaddejjin xi xahar biss.

Ieħor qal li l-mara tiegħu qed tbati għax qed ikollha timxi distanza itwal mis-soltu biex taqbad tal-linja. F’Jannar tal-2019 Malta Public Transport qalet li l-karozzi tal-linja tagħha ma kinux se jkompli jgħaddu minn Triq Nikol Saura u Triq Ġorġ Borg Olivier sakemm joħroġ avviż ieħor.

F’filmat fuq Facebook f’Marzu, Infrastructure Malta qalet li qed tibni mill-ġdid din it-triq fir-Rabat. Qalet li hija fost l-ewwel 120 toroq residenzjali li qed jinbnew mill-ġdid din is-sena. Intqal li qed tinbena biċċa biċċa biex qatt ma tingħalaq kompletament.

Mhumiex biss ir-residenti li jgħixu qrib din it-triq li qed jiġu affettwati. Qalulhom li se titlesta f’Settembru tal-2018 imma sena wara r-residenti ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan qed jaffaċċaw drenaġġ, trabijiet, u storbju apparti li għandhom triq maqlugħa.

Sena tard: Drenaġġ, trab, u storbju f’Ħal Balzan

Lilek qed jaffetwawk xi tiwsjiet fit-toroq? Ikkuntattjana fuq info@newsbook.com.mt

Filmat: Miguela Xuereb