Filmat: “Qed niltaqgħu ma’ Scouts minn kulturi differenti”

F’dawn il-jiem qed ikompli l-Jamboree dinji tal-Iscouts li din is-sena qed jiġi organizzat fl-America ta’ Fuq. Il-kontinġent Malti huwa ffurmat minn 57 scouts minn Malta u Għawdex u qed jipparteċipaw ma’ 45,000 scout ieħor minn madwar id-dinja.

Michael, scout Għawdxi mill-Victoria Scout Group li jifforma parti mill-kontinġent Malti qal li din hija attività eċċezzjonali. Spjega li t-titjira minn Malta għall-Amerika ma kinitx ħażina u kien kuntent li diġà ltaqa’ ma’ Scouts minn kulturi oħra u li magħhom partat l-iscarf tal-iscouts u xi badges.

Kelsey, scout oħra Maltija mis-Siġġiewi Scout Group qalet li din hija l-aħjar attività li qatt attendiet. Fil-filmat hija spjegat li ta’ kuljum jiġi organizzat party fl-apert u l-iscouts ikollhom ukoll l-għażla li jmorru mixja fil-kampanja fil-campsite imdaqqsa li tinsab f’West Virginia.

Dan huwa l-24 World Scout Jamboree li qed issir bejn it-22 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu. L-attivitajiet prinċipali joffru ħiliet ta’ mexxejja, jedukaw dwar il-paċi u dwar kulturi differenti.

Filmat: “Differenti milli nagħmlu Malta”