Filmat: “Qed ngħixu fi żmien li qatt ma rajna bħalu”

#IbqaDDar

Diversi personalitajiet televizivi u atturi inghaqdu flimkien mid-dar biex f’dawn iz-zminijiet iwasslu messagg b’sahhtu. #IbqaDDar. Ixxerja ma shabek. Flimkien ser nirbhu

Posted by 26th frame on Wednesday, April 8, 2020

Diversi personalitajiet televiżivi u atturi ngħaqdu flimkien mid-dar biex f’dawn iż-żminijiet iwasslu messagg b’saħħtu, “Ibqa’ d-dar”.

Il-personalitajiet jinkludu lil Clare Agius, Pauline Agius, Moira Muscat, Claire Agius Ordway, Manuel Cauchi, Anna Bassily, Shelly Spiteri, John Bundy, Charles Saliba, Charles Sammut, Mariella Muscat, Fabian Scerri De Carlo u Peter Galea li filwaqt li jsipjegaw is-sentiment tan-nies f’dan il-perjodu qed iħeġġu lil kulħadd biex jibqa’ f’daru iżda fl-istess waqt inisslu messaġġ ta’ tama hekk kif jgħidulna li “flimkien se nirbħu”.

Segwi l-messaġġ kollu fil-filmat li ħejjew 26th Frame.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn