Filmat: “Qed nesperimenta bi ħsejjes differenti” – Dav.Jr

Mis-sensiela Let’s Chat, Frederick Zammit jitkellem ma’ Dav.Jr li konna rajna fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta.

Hu jitkellem dwar l-aspett artistiku tal-ġenituri tiegħu u kif l-arti dejjem kienet il-kultura tad-dar.

Ma jonqosx li jitkellem dwar kif is-sitwazzjoni preżenti effettwatlu l-ħajja ta’ kuljum tiegħu. Jitkellem ukoll dwar l-istudju tiegħu fil-podoloġija, it-telfa ta’ missieru u l-karriera mużikali tiegħu, kif ukoll jagħti ħjiel fuq x’għandna nistennew mingħandu wara li tgħaddi s-sitwazzjoni maħluqa minn Covid-19.

Kif qed iħares lejn il-futur?

Segwi l-intervista sħiħa permezz tal-filmat f’din il-paġna.