Filmat: “Qed naraw livell ieħor ta’ solitudni” – Claire Micallef Pulè

Fl-10 ta’ Diċembru Claire Micallef Pulè ġiet onorata b’Ġieħ il-Kalkara għax-xogħol li tagħmel fil-Malta Community Chest Fund. F’din l-intervista Claire titkellem dwar xi jfisser għaliha dan l-unur iżda mhux biss.

Filfatt nhar is-Sibt 26 ta’ Diċembru hija l-ġurnata ta’ L-Istrina u issa aktar minn qatt qabel hemm bżonn biex bħala poplu ningħaqdu flimkien u nagħtu s-sehem tagħna. Il-pandemija xejn ma għamlet faċli s-sitwazzjoni li kompliet iżżid mhux biss it-tbatija ta’ ħafna nies iżda wasslet biex nesperjenzaw livell ġdid ta’ solitudni.

Claire tispjega wkoll dak li qed jgħaddu minnu mhux biss il-pazjenti iżda wkoll il-qraba li qed isiefru magħhom barra minn Malta u saħansitra mhux qed ikunu jistgħu joqgħodu magħhom.

U jekk Claire tingħata għażla li tmur lura fi żmien u tagħżel bejn ix-xogħol mal-Community Chest Fund u xogħol ieħor, xi tkun l-għażla tagħha?

Segwi l-intervista sħiħa fil-filmat f’din il-paġna.

L-Istrina – l-għada tal-Milied, nhar is-Sibt 26 ta’ Diċembru fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

Intervista: Frederick Zammit

Muntaġġ: Sarah Salafia