Filmat: “Qed joqrob iż-żmien li l-mexxejja tal-PL u l-PN ikunu nisa”

Read in English.

Bosta huma dawk li għandhom l-opinjoni li fil-futur għad ikun hemm żmien fejn żewġ nisa jkunu qed imexxu l-partiti politiċi l-kbar. Tal-istess fehma huwa d-Direttur tal-MISCO u Opinjonist Lawrence Zammit li spjega li r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jkun qed iwassal għal din l-eventwalità.

Dan hekk kif Miriam Dalli għall-Partit Laburista kienet l-aktar kandidata li rċeviet voti, b’total ta’ 63,438, segwita minn Roberta Metsola għall-Partit Nazzjonalista b’total ta’ 38,206 vot. Huma t-tnejn qabżu l-kwota massima biex wieħed jiġi elett fil-parlament Ewropew.

Aqra: Ma kinitx kampanja ta’ ftit ġimgħat imma 5 snin ta’ ħidma – Dalli

Zammit kien qed jiġi intervistat minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono waqt kollegament fuq RTK 103FM għal żmien l-elezzjonijiet. Fr Joe Borg staqsa jekk ir-riżultat tal-elezzjoni, fejn Dalli ġiet l-ewwel u Metsola t-tieni tistax twassal għal żmien fejn ikun hemm żewġ mexxejja tal-partiti li jkunu nisa.

Zammit qal li jemmen li hekk se jiġri u sostna wkoll li personalment jixtieq li din tiġri. Kompla jgħid li hemm ċans li din ma tkunx fil-futur qarib, iżda fil-futur medju. Ikkonferma li jista’ jkun li r-riżultat tal-elezzjoni t’issa jkun iż-żerriegħa tal-ġejjieni.

Aqra: Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar is-6 MEPs eletti