Filmat: Qed jitpoġġew l-ewwel motorcycle strips fi Triq il-Kosta

Qed tipoġġew motorcycle strips mal-parti ta’ isfel tal-crash barriers fi Triq il-Kosta u dan sabiex ikun hemm iżjed sigurtà.
Studju Ewropew jindika li s-sewwieqa tal-muturi jinsabu f’ferm iżjed riskju li jitilfu ħajjithom mis-sewwieqa tal-karozzi meta jaħbtu mal-crash barriers.
Bħala parti mill-istrateġija għas-sigurta’ fit-toroq, qed jitpoġġew mat-tliet kilometri u nofs ta’ motorcycle strips fil-partijiet ta’ Triq il-Kosta li huma meqjusa l-iktar perikolużi.
Skont l-istudju Ewropew, dawn il-motorcycle strips inaqqsu l-fatalitajiet ta’ sewwieqa li jaħbtu ma’ crash barriers bin-nofs.