Filmat: Qed jistieden il-mewt?

Hu fatt magħruf li l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan hu perikoluż u kundannabbli. Hu ferm aktar riskjuż meta wieħed juża l-mowbajl waqt li jkun qed isuq mutur.
Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt esprimew ix-xokk tagħhom meta raw sewwieq ta’ mutur jitkellem fuq il-mowbajl waqt li baqa’ jsuq.
Fil-filmat, is-sewwieq jidher jagħfas in-numri u jsuq b’id minnhom mhux fuq il-mutur.
Il-qarrejja saħqu li meta tkun fuq mutur hu strumentali li ma taqlax għajnejk mit-triq, aħseb u ara taljena rasek b’dak il-mod.
Filmat fuq info@newsbook.com.mt