Filmat: Qed jistedinha?

Raġel iddeċieda li minflok iċempel għas-servizz tal-irmunkar, ċempel lil sieħbu li għandu vann biex jirkmunkalu l-mutur.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lir-raġel jiprova jikkontrolla l-mutur waqt li vann qed jirmunkaw fi Triq Psaila f'Birkirkara.

Mill-filmat jidher li r-raġel ma kienx qed jirnexxielu jikkontrolla l-mutur kif ukoll kien ta' periklu għalih innifsu hekk kif ma kienx liebes elmu tas-sewqan.
Filmat: MDT, Muntaġġ: Ian Noel Pace