Filmat: “Qed jikber ir-rispett ta’ bejnietna” – Ron

“Vera li forsi bħalissa qed jikbrilna ftit aktar xagħrna jew qed nikbru minn żaqqna għax qed nieklu iktar mis-soltu, iżda qed jikber ukoll ir-rispett ta’ bejnietna,” jgħid parti mill-messaġġ li l-preżentatur Ronald Briffa qed iwassal fuq is-sit newsbook.com.mt bħala parti mill-kampanja li qed iossir biex jitwassal aktar għarfien dwar is-sitwazzjoni preżenti.

Ronald jitkellem ukoll kif flimkien nistgħu npħorġu minn din is-sitwazzjoni li ninsabu fiha.

Segwi l-messaġġ kollu fil-filmat f’din il-paġna.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn