Filmat: “Qed insibu modi kif il-Parlament Ewropew ikun iktar favur l-ambjent”

L-ogħla membri fil-Parlament Ewropew għaddejjin b’diskussjonijiet sabiex isibu modi kif il-Parlament jista’ jkun aktar favur l-ambjent.

Dan qalu l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa ma’ Newsbook.com.mt waqt intervista fi Strasburgu. Casa ngħata l-kariga ta’ kwestur aktar kmieni din is-sena, li jfisser li hu issa jagħmel parti mill-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Aqra: Filmat: Casa magħżul kelliem kontra l-ħasil tal-flus

Spejga li bħalissa għadu qed jidra l-irwol tiegħu, iżda fi ftit kliem qal li dan l-irwol ifisser li għandu f’idu parti mit-tmexxija tal-istituzzjoni. Qal li permezz ta’ din il-kariga jrid ifittex modi ta’ kif jista’ jirranġa l-Parlament Ewropew flimkien mal-kollegi tiegħu. 

Waqt laqa’ riċenti fejn kien hemm preżenti l-President u l-Viċi-Presidenti tal-Parlament Ewropew, id-diskussjoni waqgħet fuq kif il-Parlament jista’ jinbidel aktar favur l-ambjent. Qal li kienet diskussjoni importanti ħafna.

Spjega li flimkien iridu jaraw kif il-parlament jsir iktar effiċjenti u jkollu inqas “inkwiet” anke għall-ħaddiema. Spjega li meta jieħu deċiżjoni, irrid jieħu deċiżjoniji li tirrispetta l-qagħda tal-ħaddiema li għandu fl-amministrazzjoni u fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu.