Filmat: Qed insibu modi aħjar biex l-UE tiġġieled il-ħasil tal-flus – Casa

Read in English.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) qed jipprova jidentifika modi aħjar biex l-Unjoni Ewropea tiġġieled il-ħasil tal-flus. 

Dan qalu l-Ewroparlamentari David Casa f’intervista ma’ Newsbook.com.mtfi Strasburgu. Fl-aħħar xhur, Casa kien qal li hemm bżonn aktar serjetà fil-mod ta’ kif għandhom jiġu implementati liġijiet dwar il-ħasil tal-flus fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. 

Spjega l l-ħasil tal-flus huwa suġġett kbir u kumpless ħafna. Qal li mhux faċli li wieħed jidentifikah malajr. Spjega li l-kumitat qed jiddiskuti u jagħmel is-suġġerimenti tiegħu sabiex il-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ każi ta’ ħasil tal-flus isiru b’mod aktar faċli. Qal li hemm diversi tipi ta’ ħasil tal-flus fosthom dak marbut mal-korruzzjoni u mat-traffikar tal-persuni. 

Temm jgħid li se jkun qed jagħmel ħiltu kollha biex jiġi identifikat u mwaqqaf “il-ksur sfaċċat tal-liġi u serq mingħand iċ-ċittadini Ewropej.”

Ilbieraħ, Irene Tinagli kienet eletta bħala President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

Aqra: Irene Tinagli eletta President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji