Filmat: Qed inħejju dokument dwar x’għandu jsir – MCESD

Read in English.

Iċ-Chairperson tal-MCESD John Bencini qal li qed jitħejja dokument dwar x’għandi jsir. Dan fid-dawl tal-kriżi politika li għaddejja minnha Malta.

Bencini qal dan lil Newsbook.com.mt wara laqgħa tal-MCESD li saret dalgħodu fil-Furjana. Ħabbar li se ssir konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa li fiha jindirizzaw lill-midja. Qal ukoll li qed jitħejja dokument li jaqbel miegħu kulħadd.

Mistoqsi x’jista’ jsir b’mod imminenti fid-dawl tal-kriżi, Benicini qal li ma tkellmux dwar x’jista’ jsir illum.

Bencini ddeskriva l-laqgħa tal-lum bħala waħda “importanti” u “miftuħa”. Qal ukoll li d-diskussjoni li qed issir mhix waħda li ssir darba jew darbtejn.

Bencini qal li l-MCESD diġà kellha laqgħa mal-President fejn ġie deċiż li George Vella jindirizza lill-Malta.

Il-President George Vella qal li Malta jixirqilha aħjar. Dan qalu waqt li kien qed jindirizza lin-nazzjon fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Filmat: “Malta jixirqilha aħjar” – il-President

Newsbook.com.mt ħa wkoll il-kummenti tal-membri tal-UĦM fuq l-MCSED.

X’inhi l-MCESD?

L-MCESD huwa kunsull konsultattiv li joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-Gvern Malti dwar materji ta’ relevanza ekonomika u soċjali.