Filmat: Qatt rajt ajruplan tal-gwerra magħmul mill-kartun?

Waqt l-attività Military Mtarfa, li din is-sena se ssir għada s-Sibt filgħaxija minflok il-Ħadd filgħodu, se jkun hemm għall-wiri ajruplan uniku.
Stephen Bonello, il-moħħ wara dan l-ajruplan, qatta' minn tal-inqas 120 siegħa jipprova jibni mill-kartun ajruplan bħalma kien jintuża fl-Ewwel Gwerra Dinija.
L-ajruplan, li hu twil ftit aktar minn 6 metri u għoli kważi 3 metri, kważi sular, inbena minn kartun li kien se jintrema'.
Bil-ġwienaħ b'kollox, l-ajruplan ikun wiesa' kważi 8 metri.
Stephen ħaseb li hekk kif din is-sena qed infakkru l-100 anniversarju mill-Ewwel Gwerra Dinija, għandu jibni bħall-ajruplan Ingliż RAF S.E 5
Din l-invenzjoni ta' Stephen, se titniżżel fil-Malta Book of Records hekk kif l-ajruplan hu l-uniku wieħed tax-xorti tiegħu f'Malta.
Il-Military Mtarfa se tibda għada s-Sibt 18 ta' Ottubru fil-5pm u tibqa' għaddejja sa tard bil-lejl.

Filmat: Reel8 Productions