Filmat: “Qatt ma tista’ tgħid fejn il-ħajja tista’ tieħdok” – Ritianne

Wara bosta snin Ritianne Sacco qed terġa’ tidher fuq it-televiżjoni permezz tal-programm Teeny Break li qed jixxandar fuq TVM. Matul din l-edizzjoni ta’ Let’s Chat Ritianne titkellem ma’ Frederick Zammit dwar l-esperjenza ta’ bosta snin ilu meta kienet ħadet sehem fil-programm L-Isfida.

Hi titkellem ukoll dwar iż-żfin, kif ukoll ix-xogħol tagħha marbut mal-ivjaġġar, u anki dwar dak li se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjien.

Ritianne titkellem ukoll dwar kif is-sitwazzjoni tal-Covid-19 effettwatilha ħajjitha.

Segwi l-intervista kollha f’dan il-filmat.

Muntaġġ: Sarah Salafia