Filmat: “Qatt ma ridna nibagħtu lit-tfal jaħdmu għall-familja” – refuġjati

Read in English.

Ġenituri refuġjati mir-Rohingya qalu lir-riċerkaturi li qatt ma riedu li jpoġġu lil uliedhom għall-adozzjoni jew għal xogħol li jsir mit-tfal, madanakollu s-sitwazzjoni ekonomika ma ppermettietx li ma jagħmlux dan.

Din hija waħda mis-sejbiet prinċipali mill-aħħar rapport bl-isem ta’ “LOST CHILDHOOD”, li jħares lejn is-separazzjoni tal-ġenituri u t-tfal fir-Rohingya fil-Bangladesh mill-Fondazzjoni Xchange. Ir-rapport jeżamina s-separazzjoni f’kampijiet tar-refuġjati u settlements.

It-team ħareġ numru ta’ testimonjanzi ta’ dawn il-familji fejn il-ġenituri ġew separati minn mat-tfal b’mod volontarju u anke involontarju. Skont il-UNICEF, hemm madwar 500,000 tifel u tifla taħt it-18-il sena li qed jgħixu f’kampijiet, madwar 80% tagħhom, jiġifieri mat-300,000 għandhom bejn tlieta u erbatax il-sena.

In-normi tal-ġeneru

Skont intervisti li saru mit-team, in-normi tal-ġeneri, l-instabilità finanzjarja u r-restrizzjonijiet fuq l-opportunitajiet tal-impjieg jagħmluha aktar diffiċli sabiex wieħed ikun jista’ jipprovdi lill-familja. Dawn huma l-fatturi ewlenin għaliex in-nisa li wieġbu s-survey qalu li taw lill-uliedhom għall-addozzjoni jew xogħol tat-tfal.

Intant, fejn jidħlu l-irġiel, kemm missirijiet u kemm ulied, peress li huma jidhru bħala dawk li jaħdmu għall-familja, huwa aktar diffiċli sabiex mara ssib xogħol meta l-irġiel ma jkunux jistgħu jaħdmu. Persuna partikolari spjegat li jekk f’familja ma jkunx hemm iben li jista’ jissapportja lill-familja, jekk il-membri tal-familja jkunu kollha nisa, mela jkollhom jagħtu lill-uliedhom sabiex jaħdmu u jaqilgħu l-flus. Mara partikolari spjegat li minħabba li r-raġel tagħha kien marid kellhom jibgħatu lil binthom sabiex iġġib il-flus lura għall-familja u tħallas għall-kura ta’ missierha.