Filmat: Qatt laqgħuk il-Belt dawn it-tnejn?

Ġieli mort il-Belt Valletta u ltqajt ma’ skeletru ċkejken jiżfen u jkanta, u Istvan, il-pupazzier tiegħu?

Istvan huwa Ungeriż u ilu fix-xena tal-ispettaklu mill-1990, u dan hu l-uniku xogħol tiegħu. Tul is-snin, huwa kien parti minn 27,000 prestazzjoni.

Mill-2015 ‘l hawn, huwa għamel żieda ċkejkna, iżda li għamlet id-differenza kollha fix-xows tiegħu. Stieden lil Bony, pupazz skeletru li dejjem jiżfen, ikanta u jallegra lill-pubbliku.

L-aktar li hu maħbub Bony hu mit-tfal li jitgħaxxqu jarawh u jiżfnu u jkantaw miegħu.