Filmat: Qassis jitlaq jiġri waqt quddiesa minħabba l-isplużjoni fil-Libanu

Read in English.

Qassis li kien qiegħed iqaddes quddies f’waħda mill-knejjes f’Beirut fil-Libanu deher jiġri wara li beda nieżel il-bini fuqhom. F’filmat li qiegħed idur fuq il-midja soċjali juri l-qassis jiġri hekk kif seħħet l-isplużjoni t-Tlieta filgħaxija.

Il-quddiesa kienet qiegħda tixxandar live fuq il-mezzi soċjali.

Diversi rapporti fil-midja internazzjonali qalu li madwar 100 persuna mietu u 4,000 oħra weġġgħu f’din l-isplużjoni. Madwar 2,000 persuna tilfu djarhom.

Il-filmat juri kif l-isplużjoni seħħet fiċ-ċentru tal-kapitali Beirut. Wara l-isplużjoni seħħew ammont ta’ splużjonijiet li waqqgħu diversi binjiet sa 10km bogħod minn fejn seħħew l-isplużjonijiet. L-isplużjoni inħasset ukoll minn Ċipru li tinsab madwar 200km bogħod.