Filmat: “Qalbu tiddi f’qalbi”

Waqt l-edizzjoni tal-lum ta’ Nitfa Kultura, Frederick Zammit jilqa’ fl-istudjo lil Sylvia Micallef li titkellem dwar il-wirja ta’ Fr. A. Sahaya Belix,  Saċerdot Kattoliku mill-Indja.  Tista’ tgħid li l-arti twieldet fih sa minn etá żgħira.  Huwa studja l-arti u rċieva d-Diploma fit-Terapija tal-Arti. Il-motto tiegħu hu “Qalbu tiddi f’qalbi”. L-arti u l-ispiritwalilta’ ffurmawh fis-saċerdozju tiegħu.  Il-missjoni ta’ Fr Belix hi li joħloq soċjetá sana permezz tal-arti.