Filmat: Qaddiefa tar-Regatta jingħaqdu f’attività waħda

Grupp ta’ qaddiefa, li fir-Regatta Nazzjonali jikkompetu kontra xulxin, ingħaqdu flimkien għal attività b’risq id-Dar tal-Providenza.
Jan Tanti, wieħed mill-qaddiefa, qal li xtaqu jorganizzaw nofs maratona ta’ Indoor Rowing fid-Dar tal-Providenza mhux biss biex jiġbru fondi iżda anke biex residenti jipprovaw jaqdfu huma wkoll.
Fil-fatt kien hemm uħud mir-residenti li ppruvaw dan l-isport u Tanti saħaq li jekk ikun hemm iżjed taħriġ, uħud minnhom jirnexxielhom jaqdfu tajjeb ħajna.
“Kien sabiħ li ltqajna bħala grupp biex flimkien nagħtu ftit mill-ħin tagħna u fl-istess ħin qsamna dak li nħobbu nagħmlu l-aktar ma’ persuni b’diżabilità,” saħaq Tanti.
Huwa saħaq li l-indoor rowing huwa sport tajjeb ħafna li jistgħu jipprattikawh ukoll persuni b’diżabilità.
Għalhekk, l-għan ewlieni ta’ din l-attività kien li dan l-isport isir aktar inklussiv.
Minn din is-sena, l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor, bdiet tinkludi tiġrijiet għall-persuni b’diżabilità fil-programm tan-National Indoor Rowing Championships.
Nhar it-Tnejn li ġej, fl-ewwel jum tas-sena, int ukoll tista’ tkun progonist fil-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.
Biex tagħti donazzjoni ta’:
€10 ċempel fuq 516 02 012
€15 ċempel fuq 517 02 013
€25 ċempel fuq 518 02 014
SMS ta' €7 fuq 506 18 922