Filmat: “Pulizija u maġistrati jħarsu lejn xulxin u ma jsir xejn”

Il-prosekuturi, il-Pulizija, u l-Maġistrat jibqgħu jħarsu lejn xulxin u ma jsir xejn f’xi każijiet skont il-kap tal-delegazzjoni ta’ MEPs li ġew jistħarġu dwar is-sitwazzjoni politika f’Malta.

Il-MEP Sophia in ‘t Veld qalet lil Newsbook.com.mt li kieku l-istituzzjonijiet f’Malta kienu qed jaħdmu b’mod perfett id-delegazzjoni ma kinitx tkun Malta u Daphne Caruana Galizia tkun għadha ħajja.

Spjegat li d-delegazzjoni ġiet Malta wkoll għax kien hemm żviluppi fil-każ dwar l-assassinju.

“Rajt li l-Pulizija qed tistinka ħafna u li sar progress fil-każ,” qalet l-MEP. Fakkret fl-arrest ta’ Yorgen Fenech u tas-sensar Melvin Theuma.

Dalgħodu l-MEP Sven Giegold qal li l-Pulizija minn dejjem kient il-problema f’Malta peress li mhux qed tiftaħ investigazzjonijiet.

Filmat: “Il-Pulizija problema għax ma tiftaħx investigazzjonijiet”

Mill-banda l-oħra qalet li ħaġa li l-MEPs qed jiskantaw biha hi li fejn ikun hemm sinjali li jkun twettaq xi reat, ftit li xejn ikun hemm azzjoni.

Qalet li l-prosekuturi, il-Pulizija, u l-Maġistrat jibqgħu jħarsu lejn xulxin u fl-aħħar jispiċċa ma jiġri xejn. “Min qed jieħu l-inizjattiva?” staqsiet in ‘t Veld.

Il-MEP Roberta Metsola rrifjutat li tieħu b’idejn Joseph Muscat. Dan meta aktar kmieni llum id-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew tkellmet mal-Prim Ministru dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Metsola tgħid ‘le’

Filmat: Miguela Xuereb