Filmat: “Pulizija jitfu nirien” li ħakmu propjetà f’Tas-Sliema

Nirien ilbieraħ filgħaxija ħakmu lukanda abbandunata f’Tas-Sliema.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ għall-ħabta tad-9pm. Il-Pulizija waslu fuq il-post qabel il-ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili u bdew jitfu n-nirien li ħakmu l-propjetà bil-fire extinguishers li jkollhom fil-karozzi tagħhom.

Fil-filmat tidher il-wasla tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.

Minkejja dan, ma kienx hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar il-każ la mingħand il-Pulizija u lanqas mingħand il-Protezzjoni Ċivili.

Filmat: Stefania Bagalà