Pulizija armati intervjenew f’inċident serju li fih inqatlu tliet persuni f’xaft ta’ lukanda f’Glasgow. Is-suspettat inqatel mill-Pulzija filwaqt li sitt persuni oħra qed jiġu kkurati fl-isptar minħabba l-ġrieħi li sofrew.
Parti miċ-ċentru tal-belt Skoċċiża kienet tinsab magħluqa kawża ta’ dan l-inċident fatali.
F’diversi filmati fil-mezzi soċjali dehru għadd ta’ Pulizija f’West George Street bil-vetturi armati tagħhom. Il-Pulizija Skoċċiża kkonfermat li Pulizija ntlaqat f’dawn l-inċidenti.
Ritratti u Filmati: Twitter