​Filmat: “Providenzjali li San Valentinu nzerta f’Ras ir-Randan”

Dun Brendan Gatt jispjega li hija providenzjali li Jum San Valentinu nzerta f’Ras ir-Randan.
Jispjega li bħalma koppja tuża din l-okkażjoni biex tfakkar l-imħabba lejn xulxin, f’Ras ir-Randan u tul ir-Randan kollu Alla jsejħilna lura għandu biex niskopru l-imħabba inkredibbli li għandu għalina.
Dun Brendan jaqsam il-ħsieb kif ir-Randan hu okkażjoni biex bit-talb, is-sawm u l-karità naraw jekk traskurajniex lil Alla, anke fil-proxxmu, filwaqt li niftakru kif Alla hu l-iktar persuna prezzjuż fil-ħajja tagħna.
Isemmi wkoll kif l-irmied innifsu jfakkarna li fid-dinja kollox jgħaddi u jispiċċa u hi l-ħbiberija m’Alla li tibqa’.
Muntaġġ: Stephen Deguara