Filmat: Preparamenti għall-5 ikla tal-Milied għal dawk waħedhom

Read in English.

Il-Caritas Malta bħalissa qed tipprepara għall-ikla tal-Milied li se tkun qed torganizza għall-ħames sena konsekuttiva għal dawk li jkunu waħedhom.

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt qal lil Newsbook.com.mt li fil-Milied il-bieb tal-Kurja jiftaħ fl-10am għall-pubbliku u wara jkun hemm ikla għal t’apposta għal dawk li jħossuhom waħedhom dakinhar.

Apparti mill-ikel b’xejn ikun hemm ukoll divertiment organizzat.

Id-direttur ta’ Caritas irringrazzja lill-Arċisqof Charles Scicluna u lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi li jagħtu l-ispazju fil-binja tal-Kurja biex din l-ikla tospita lil dawk li se jattendu.

Anthony Gatt irringrazzja wkoll lil The Alfred Mizzi Foundation li jipprovdu l-ikel u St Peter’s Foundation li jieħdu ħsieb iħallsu diversi spejjeż. Din is-sena se jitnaqqas ukoll l-ammont ta’ plastik użat. Gatt qal l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta se jagħmel id-deżerta għal dawk li jattendu.

Iċ-Chairperson ta’ The Alfred Mizzi Foundation Julian Sammut spjega kemm hija ta’ opportunità għall-Fondazzjoni li tipparteċipa f’din l-attività annwali.