Filmat: Possibilità jkunu fi grupp f’X Factor

It-tnejn li huma m’humiex uċuh ġodda għal festivals kif ukoll X Factor. Daħlu għat-tieni edizzjoni ta’ X Factor u jidher li d-destin tagħhom jista’ jkun fi grupp.

Derrick Schembri għandu 33 sena u jaħdem bħala sewwieq tat-taxi. Fl-imgħoddi konna rajnih f’kompetizzjonijiet oħra.

Jinterpreta s-silta Jealous u jimpressjona l-ġurija li jissuġġeruwlu l-idea li jkun fi grupp.

Derrick interessat u jagħtuh ċans u lil Derrick se narawh f’Bootcamp.

Niltaqgħu wkoll ma’ James Mifsud. Diġà rajnih fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor u kien wasal sal-fażi tas-Six Chair Challenge.

Illum jidher li ġie b’determinat li jimpressjona.

Ira, Howard, Alexandra u Ray jidhru li huma kuntenti bil-progress u bl-interpretazzjoni li James għamel.

Il-viżjoni tagħhom hija li dan ukoll ikun fi grupp.

Iż-żagħżugħ jaċċetta u nerġgħu niltaqgħu miegħu fil-Bootcamp!