Filmat: Poni jintlemaħ f’karozza

Qed jiżdiedu r-rapporti li qed jiċċirkolaw fil-midja dwar xena mhux tas-soltu hekk kif ġo karozza f’diversi lokalitajiet qed jintlemaħ poni f’karozza.

Il-poni ntlemaħ lbieraħ fil-Mosta u llum fl-inħawi tas-Siġġiewi.

Kemm dan il-poni hu komdu fil-karozza ma nafux, bħal ma l-istess ma nafux x’inhu l-ħsieb ta’ sidu li qed idur bih minn lokalità għall-oħra u jħallih b’tieqa ftit imniżżla sakemm jagħmel il-qadi tiegħu.

Jidher li dan il-poni mar ukoll jagħmel xi Christmas shopping.

Int rajtu?