Filmat: Pogba u s-sumo wrestlers

Bħala parti miż-żjara tiegħu f’Tokyo, Pogba kellu ċ-ċans juri t-talent tiegħu billi pprova jagħti free-kick u jgħaddi l-ballun minn fuq il-barriera li kienet magħmula mis-sumo wrestlers. Huwa rnexxielu jgħaddi l-barriera, iżda l-goaler irnexxielu jaqbad il-ballun.

Pogba tkellem mal-midja Ġappuniża u qal li għandu x-xewqa li jieqaf jilgħab ma’ Manchester United. Huwa ingħaqad mat-tim Ingliż tliet snin ilu wara li telaq lil Juventus. Hu qal li għad hemm ħafna x’jiġi diskuss qabel tittieħed id-deċiżjoni. Hu qal li din is-sena kienet l-aqwa waħda għalih personali u stqarr li jaħseb li jkun aħjar li kieku jimxi ma tim ieħor biex jesperjenza sfidi ġodda.