Filmat: Persuni bla dar fl-Ingilterra jsibu x-xelters magħluqin

Fl-Ingilterra persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom qed jispiċċaw jibqgħu fit-toroq.

Mohammed Sisi persuna li m’għandux saqaf fuq rasu qal li l-pulizija qallu biex imur f’post iddedikat għal dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Madankollu meta mar sab il-bibien magħluqa. Żied li n-nies jinsabu f’paniku u m’għandhomx fejn imorru.

Fl-Ingilterra dawn il-postijiet għaddejjin minn mumenti ta’sfidi hekk kif għandhom nuqqas ta’ staff kif ukoll ta’ provvista tal-ikel.

Il-Kap Eżekuttiv tal-għaqda tal-karità li toffri akkomodazzjoni lill-persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom staqsa, kif persuna tista’ tibqa’ f’darha jekk m’għandix dar fejn toqgħod. Din l-organizzazzjoni s’issa għandha djar kollha miftuħin ħlief waħda però tinsab inkwetata dwat il-provvista għax-xhur li ġejjin. Il-Kap Eżekuttiv qal li fiċ-ċirkostanzi prezenti tal-COVID-19 din hija sfida kbira u hemm bżonn li jkun hemm aktar riżorsi umani.

Is-sindku ta’ Londra Sadiq Khan ħabbar li 300 kamra f’lukandi se jkunu qed jingħataw lil dawk il-persuni li m’għandhomx saqaf fuq rashom għat-12-il ġimgħa li ġejjin.

If you want to be the first to receive the latest news on the coronavirus in Malta, download the Newsbook APP here.