Filmat: “Persuna preferiet tressaq ilment fuq Facebook milli titkellem mal-PN” – Frank Portelli

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli qal li l-PN m’għandux preżenza qawwija fil-midja soċjali, tant li min ried jilmenta fuq xi affarjiiet ma lmentax mal-PN iżda kiteb fuq il-Facebook Are You Being Served.
Fi stqarrija, Dr Portelli qal li kien hemm persuna Nazzjonalista li qaltlu li kellha appuntament l-isptar u ġie mħassar. Stqarr li l-persuna preferiet tirrikorri għal din il-paġna fuq Facebook u kif kien hemm minn taha widen u ċemplilha.
Huwa qal li mhux se jiddejjaq jikkoppja lill-Partit Laburista u jagħmel użu mill-mezzi soċjali.
Tenna li l-PN ma għandux jissottovaluta lill-PL għax huwa Partit li diffiċli biex tirbaħlu. Saħaq li “l-PN irid jieħu ħsieb lill-PL u ma jaħsibx li se jirbaħlu malajr”.
Sostna li l-PN irid isegwi regola waħdanija dik li ma jgħidx kollox. 
Filmat: Frank Portelli