Aġġornata (4): Jindarab serjament wara li waqa’ ġebel minn gallarija

Żewġt irġiel sfaw midruba, wieħed minnhom serjament, wara li waqa’ xi ġebel minn gallarija f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ fi Triq Andrea Bogdan f’11.45pm. L-inċident seħħ wara  li waqa’ xi ġebel u construction shoot minn gallarija ta’ residenza waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħol taħtha. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li fil-ħin tal-inċident l-irġiel, li għandhom 23 sena u 30 sena residenti Ħal Qormi, kienu taħt il-gallarija.

Fuq il-post issejħu membri mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit u ambulanzi li ħadu liż-żewġt iriġiel l-Isptar. Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Iktar tard matul il-jum ir-raġel ta’ 30 sena ġie ċertifikat iktar tard li qed isofri minn ġrieħi gravi.

It-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.