Read in English.
Persuna mietet filwaqt li 11-il persuna oħra ndarbu kawża ta’ sparaturi f’Minneapolis kmieni dalgħodu.
Dan ħareġ fi tweet tal-Pulizija fejn qalu li l-persuni li sofrew il-ġrieħi ttieħdu fi sptarijiet fiż-żona.
Il-Pulizija qalet li filwaqt li l-vittma fatali tal-isparaturi kien raġel, il-11-il persuna l-oħra sofrew minn ġrieħi gravi iżda li ma ħallewhomx fil-periklu tal-mewt.
Il-belt ilha fil-qalba ta’ protesti kontra r-razziżmu fl-Istati Uniti minn meta George Floyd, raġel karnaġġjon skur, inqatel minn pulizija x-xahar li għadda. Minkejja dan, ma jidhirx li hemm xi rabta bejn dan il-każ u l-protesti.
Skont Associated Press, sal-4am kien għadu ma ġie arrestat ħadd b’rabta mal-isparaturi.