Filmat: Persuna f’diffikultà fil-baħar; salvata minn persuna oħra

Read in English.

Persuna sabet id-diffikultà sakemm kienet qed tgħum x-Xwejni, Għawdex. B’hekk, niżlet persuna fil-baħar ukoll toffri l-għajnuna. Però, ż-żewġ persuni issa jinsabu fuq l-art, barra mill-periklu.

Dan ġie kkonfermat minn Newsbook.com.mt li kien fuq il-post. Jidher li għawwiem sab diffikultà sakemm kien qiegħed jgħum minħabba l-maltemp, u għalhekk niżlet persuna oħra tgħinu. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post.

Kelliem għall-Pulizija spjega li ntbgħatet ambulanza bħala prekawzjoni hekk kif ma kinux għadhom ċerti hemmx emerġenza jew le.

Filmat: Beppe Galea