Filmat: Pensjonanti għandhom jingħataw mediċini b’xejn – Abela

Read in English.

Id-Deputat Laburista Robert Abela ppropona li l-pensjonanti jingħataw il-mediċini b’xejn. Abela qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-PL.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Abela qal li l-anzjani m’għandhomx jitpoġġew f’pożizzjoni fejn ikollhom jgħażlu bejn ikel jew mediċini. Skont Abela, din il-miżura tkun tiswa madwar €40 miljun fis-sena.

Abela qal li bil-proposta tiegħu titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti immedjatament. Enfasizza li din l-iskema tkun tapplika għall-pensjonanti kollha u għall-mediċini kollha.

Abela qal li jinsab konvint li bil-Ministru Chris Fearne bħala ministru għas-saħħa l-proposta tiegħu tkun tista’ tiġi mwettqa.

Il-Ħamis, Abela qal li jkun populist jekk jgħid li se jneħħi l-programm ta’ ċittadinanza.