Filmat: Pazjenti li jidħlu Monte Karmeli ttestjati għall-coronavirus

Pazjenti ġodda li qed jiddaħlu fl-isptar Monte Karmeli qed jiġu ttestjati għall-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-pajenti l-ġodda qed jingħataw il-kura f’żoni apposta sakemm joħroġ ir-riżultat tat-test.

Dawk il-pazjenti ġodda li jkollhom riżultat negattiv għall-COVID-19 qed jingħataw il-kura psikjatrika f’admission wards b’mod temporanju. Dan biex jiġi assigurat li dawk il-pazjenti li ma jkollhomx sintomi ma jxerrdux il-virus lill-pazjenti aktar vulnerabbli fil-chronic wards.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li hemm żoni fl-isptar li huma apposta għall-pazjenti li għandhom il-coronavirus, għal dawk fi kwarantina mandatorja, u għal dawk il-pazjenti li qed jirkupraw mill-COVID-19.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar l-isptar u faħħru tal-inizzjattiva li qed jieħu u rringrazzja lill-ħaddiema.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn