Filmat: Paul McCartney ħareġ ktieb għat-tfal

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Settembru Paul McCartney ppubblika ktieb għat-tfal imma maħsub biex jinqara min-nanniet lin-neputijiet tagħhom. Il-ktieb ta’ 32 paġna jismu Hey Grandude, il-mod kif in-neputijiet tal-istess eks-Beatle isejħulu.

Paul McCartney kien ħabbar il-ktieb tiegħu fuq You Tube fis-27 ta’ Settembru li għadda permezz ta’ Puffin Books fejn kien stqarr li dan se jkun mezz biex in-nanniet ikollhom x’jaqraw lit-tfal ċkejknin waqt il-ħin tal-irqad.

Il-kantant għandu sitt neputijiet — sitt subien u żewġt ibniet — li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn is-sebgħa u l-20 sena. Hu jgħid li magħhom joħloq il-mużika, jaraw il-futbol u jiżfnu flimkien. Ir-relazzjoni tiegħu magħhom wasslet għall-ħruġ tal-ktieb, Hey Grandude, li jagħti lemħa lil waħda mill-aqwa diski tal-Beatles, Hey Jude.

Meta bdew isejħulu Grandude tant għoġbu l-isem li malajr beda jfassal f’moħħu stejjer dwar hippy anzjan li jkollu bosta avventuri man-neputijiet tiegħu, “tip ta’ anzjan eċċentriku,” qal Paul McCartney.

Fl-istorja l-anzjan ikollu kumpass maġiku li permezz tiegħu jistgħu jmorru kullimkien. Għalhekk narawhom jirkbu ż-żwiemel mal-cowboys f’deżert, jiffaċċjaw ġgajta ta’ granċi fuq xatt tropikali u kważi jinġarru mis-silġ meta jkunu fuq muntanja jagħmlu picnic.

Il-ktieb fih stampi mill-isbaħ għat-tal mill-Kanadiża Kathryn Durst li minbarra t-tpiġija, tħobb tkabbar il-ħaxix għall-ikel, tiżfen il-folk u tagħmel il-puppet shows.

Paul McCartney, li għandu 77 sena, għadu fl-aqwa tiegħu, mimli enerġija u b’għajnejn jixegħlu. Imma jagħmilha ċara ħafna li l-Grandude fl-istorja m’huwiex hu!