Filmat: “Il-ferħ ta’ Paul kien jittieħed”; isir il-funeral ta’ Paul Formosa

Paul Anthony Formosa, ir-raġel Malti li nqatel fis-Somalja, ingħata l-aħħar tislima minn familtu u ħbiebu dalgħodu f’Wied il-Għajn, fejn fl-omelija tal-quddiesa, il-qassis iddeskrivieh bħala raġel ferrieħi li l-ferħ tiegħu kien jittieħed.

Paul Anthony jingħata l-aħħar tislima fis-Somalja

Il-quddiesa saret fil-Knisja Parrokkjali Sant’Anna, fejn kien joqgħod Formosa, li kellu 52 sena, qabel ma mar jaħdem fis-Somalja.

“Ġie assassinat bħal Ġesù Kristu”

Fl-omelija, il-qassis iddeskriva lil Paul bħala ġentlom u raġel soċjevoli għall-aħħar. Qal li hu kien raġel ferrieħi li kien jgħin lil dawk ta’ madwaru.

Il-qassis staqsa fejn hu Alla meta hawn tant nies li jmutu, huma bla dar jew bla saħħa, f’dinja fejn Paul Anthony Formosa jinqatel u jħalli lil familtu biex jibku t-telfa tiegħu. Huwa xebbhu ma’ Ġesù li bħalu ġie assassinat, imma qawwa qalb il-qraba ta’ Paul.

Paul Anthony Formosa nqatel fl-4 ta’ Frar minn militanti ta’ Al Shabaab. Formosa li kien jaħdem bħala operatur ta’ port fis-Somalja inqatel fil-port ta’ Bosaso. Hu kien jaħdem bħala Maniġer ma’ P&O ports li hija kumpanija sussidjarja taħt DP World, ibbażata fl-Emirati Arab Magħquda.

Aġġornata: Maniġer Malti assassinat fis-Somalja