Filmat: Patri Spanjol jiżfen waqt li jqaddes

Patri anzjan Spanjol wera kemm jaf jiżfen il-flamenco waqt quddiesa quddiem knisja ppakkjata fil-belt ta’ Malaga, fl-Andalusija. Fi clip Patri Josè Palmas jidher jiżfen u jkanta mal-kongregazzjoni hekk kif tnabar, flawtijiet, klarinetti u arpi daqqew fis-servizz tradizzjonali. Waqt li żifen il-patri beda jħares u jċapċap lejn il-folla waqt il-kant qawwi tal-kor.

Il-kor tan-nisa, wieqfa fir-ringiela ta’ quddiem, bdew flimkien idoqqu l-qniepen li kellhom f’idhom. Waqt dan kollu l-patri għolla l-libsa minn quddiem biex riġlejh ikollhom aktar fejn imorru waqt li żifen. Huwa beda jagħti b’saqajh ’il barra waqt li jikklikkja subgħajh fuq rasu fiż-żifna tradizzjonali.

Josè spiċċa fl-aħbarijiet fi Spanja wara li l-filmat tpoġġa fuq Facebook fejn rawh aktar minn 350,000 darba.

Xi rapporti qalu li huwa tlaqqam bħala “il-Qassis tal-Flamenco” meta kien iservi fi knejjes differenti fil-viċinazi ta’ Campanillas. Mistoqsi dwar iż-żfin tiegħu l-patri qal: “In-nannu tiegħi kien żingaru u ż-żfin dejjem kien naturali fil-familja tiegħi. Dejjem għoġobni niżfen, mhux biss il-flamenco imma anki żifniet oħra, bħaċ-chotis, żifna tradizzjonali fil-belt ta’ Madrid, it-tangu u s-sevillanas. “Inħobb iż-żfin,” qal. “Iressaqni aktar lejn Alla.”

Patri Josè kien żifen ukoll quddiem il-Papa Gwanni Pawlu II meta dan kien żar ir-reġjun biex jibbeatifika lill-matri Caferino Gimenez Malla fl-1997 li kien inqatel waqt il-gwerra ċivili Spanjola.