​Filmat: Passiġġieri fuq ajruplan jagħtu xebgħa lil raġel fis-sakra

Kultant tinqala’ ġlieda f’ħanut tax-xorb jew f’xi post pubbliku ieħor, iżda mhix ħaġa daqstant komuni li tinqala’ ġlieda abbord ajruplan waqt titjira.
Matul vjaġġ fuq ajruplan tas-Siberia Airlines bejn Hong Kong u Vladivostok, diversi passiġġiera kellhom jintervjenu biex iwaqqfu raġel fis-sakra li beda jtellef passiġġieri oħra.
Dawn il-passiġġieri intervjenew billi qamu jagħtu xebgħa lil dan ir-raġel, qabel ma infurmaw lill-membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan.
Irnexxilhom iżommuh billi tawh diversi daqqiet.
Wara l-ġlieda, ir-raġel fis-sakra spiċċa qatta’ l-kumplament tal-vjaġġ marbut mas-seat tal-ajruplan.