Filmat: “Pass importanti fil-karriera tiegħi” – Karl Schembri

Closer hija l-isem tal-kanzunetta li l-kantant Karl Luke Schembri għadu kif niedu llum.

“Għalija din hija l-ewwel diska oriġinali u tfisser ħafna għalija għax qatt ma ffokkajt fuq il-materjal oriġinali tiegħi u naħseb huwa pass importanti fil-karriera tiegħi li nikteb u nipproduċi diski kif ukoll vidjow mużikali tiegħi,” ikkummenta l-eks parteċipant fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta.

Karl kompla jgħidilna li ovvjament minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma kinitx faċli jgħaqdu kollox fiż-żmien li xtaqu però l-istess sitwazzjoni tathom iktar ħin jaħdmu u jirfirnaw il-prodott finali.

“Ilni naħdem fuq id-diska u l-produzzjoni għal dawn l-aħħar 6 xhur u kien hemm ħafna preparamenti biex wasalna għall-prodott finali. Bħala produzzjoni kellna aktar minn 15-il persuna taħdem f’setturi differenti u kellna għajnuna lokali kif ukoll għajnuna ta’ nies li jaħdmu barra minn xtutna. Nittama li n-nies togħġobhom din il-kanzunetta u li tmur tajjeb lokalment kif ukoll internazzjonalment biex inkun nista’ nikber fil-karriera tiegħi u bil-mużika tiegħi nilħaq u nferraħ nies ġodda,” temm jgħidilna Karl.