Filmat: Pass eqreb biex jittaffa l-uġigħ kroniku

L- uġigħ kroniku li jaffettwa wieħed minn kull ħames persuni fl-Ewropa se jiġi diskuss waqt is-Societal Impact of Pain (SIP) Symposium 2017, li se jsir f'Malta.
Il-President tal-Federazzjoni Ewropea dwar l-Uġigħ Dr Chris Wells u l-President tal-Alleanza Ewropea dwar l-Uġigħ Joop van Griensven attendew laqgħa li saret f'Malta fl-aħħar jiem, bi tħejjija għall-konferenza tas-sena d-dieħla.
Ma' Newsbook.com.mt Dr Wells saħaq li jemmen li peress li fl-2017, Malta se tkun qed tieħu ħsieb il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, dan ikun mument opportun sabiex individwi, organizzazzjonijiet u politiċi Maltin jikkollaboraw flimkien sabiex itejbu l-immaniġġjar tal-uġigħ kroniku.
Min-naħa tiegħu, Joop van Griensven qal li tmien rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-SIP 2016 se jgħinu sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u jiżdied l-investiment, biex l-uġigħ kroniku jiġi indirizzat b’mod aħjar.  
Filmat: Ian Noel Pace