Filmat: Parteċipazzjoni Maltija f’sitt dixxiplini fl-iSpecial Olympics

22 atleta minn sitt dixxiplini differenti qed jirrappreżentaw lil Malta fl‐iSpecial Olympics World Games li se jsiru f’Los Angeles mill-lum sa t‐2 t’Awissu li ġej.
Malta se tkun qed tikkompeti fl‐Atletika, Aquatics, Bowling, Boċċi, Ġinnastika u Table Tennis. Id‐delegazzjoni Maltija mmexxija minn Anna Calleja u Elaine Bonnici tinkludi wkoll 12-il kowċ.
Iċ‐ċerimonja tal‐ftuh tal‐World Games se ssir illum fil‐Los Angeles Memorial Coliseum.
L‐ispettaklu se jiċċelebra l‐veru stilel ta’ dawn il‐logħob – l’atleti ta’ l‐iSpecial Olympics u se jinkludi divertiment, il‐parata tal‐atleti, l‐aħħar parti tal‐ġirja bit‐torċa u l‐mixgħela tal‐fjamma.
Artisti internazzjonali li se jieħdu sehem, jinkludu lil Stevie Wonder, Avril Lavigne u Nicole Scherzinger.
Los Angeles qed tospita 7,000 atleta ta’ l‐iSpecial Olympics u 3,000 kowċ minn aktar minn 170 pajjiż għall-logħob ta’ din is-sena.
Uħud mill‐atleti Maltin li se jikkompetu f’Los Angeles diġa’ ħadu sehem u rebħu bosta medalji fil‐World Games tal‐2011 li saru f’Ateni, l‐Greċja.