Filmat: Pariri għas-sewwieqa minn Ġorġ tal-Mużew

Il-karozzi kulma jmur qed jiżdiedu u l-għannej tal-Mulej, Ġorġ tal-Mużew, ħa spunt biex iwissina dwar is-sewqan.
Filwaqt li jagħtina sitwazzjoni tat-toroq Maltin, fl-isfond ta’ biża’ li nintlaqtu minn karozza, ipinġilna xena ta' żewġ karozzi jaħbtu ma’ xulxin. Wieħed jirribatti mal-ieħor sa ma fl-aħħar il-pulizija jaqta’ l-verdett ta’ min ikollu r-raġun.  Għalhekk iwissi lis-sewwieqa biex iżommu għajnejhom fuq it-triq, iżommu idejhom fuq l-isteering, u jżommu l-brejk f’każ li se jkunu se jaħbtu.
Ġorġ itenni li “l-bniedem jgħix kuntent daqskemm joqgħod attent għax jekk le jġorrok il-kurrent” għax “min isuq bl-adoċċ, ħażin jimmarkalu l-arloġġ.”